+Artikolu 41 2.

Artikolu 41 2.

Sat 23-ta' Frar 2021, il-Kummissjoni għandha tirrevedi din id-Direttiva. Ir-reviżjoni għandha tinkludi sondaġġ ġenerali tal-applikazzjoni prattika tar-regoli stipulati taħt din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq bl-imnut tal-prodotti tal-investiment, kif ukoll l-esperjenzi miksuba fl-applikazzjoni prattika ta’ din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE. Ir-reviżjoni għandha tinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-regoli speċifiċi dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni stipulati fil-Kapitolu VI ta’ din id-Direttiva jwasslux għal riżultati xierqa u proporzjonati, filwaqt li jqisu l-bżonn li jiżguraw livell suffiċjenti ta’ protezzjoni tal-konsumaturi konsistenti mal-istandards tal-protezzjoni tal-investitur applikabbli skont id-Direttiva 2014/65/UE u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti ta’ investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni u n-natura speċifika tal-mezzi ta’ distribuzzjoni tagħhom. Ir-reviżjoni għandha wkoll tirrifletti dwar l-applikazzjoni possibbli tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE. Tali reviżjoni msemmija għandha tinkludi wkoll analiżi speċifika tal-impatt tal-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva, filwaqt li titqies il-qagħda tal-kompetizzjoni fis-suq tad-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni għall-kuntratti għajr dawk tal-klassijiet speċifikati fl-Anness II għad-Direttiva 2009/138/KE, u l-impatt tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva dwar l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jkunu intrapriżi żgħar jew ta’ daqs medju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.