+Artikolu 4 Rikors doppju
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.

Artikolu 4 Rikors doppju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jintitolaw lill-investituri f’bonds koperti u lill-kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi li jikkonformaw mal-Artikolu 11 għall-pretensjonijiet li ġejjin:

(a) 

pretensjoni kontra l-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(b) 

fil-każ tal-insolvenza jew ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, pretensjoni ta’ prijorità kontra l-imgħax prinċipali u kull imgħax dovut u futur fuq assi ta’ kopertura;

(c) 

fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti u fil-każ li l-pretensjoni ta’ prijorità, kif imsemmi fil-punt (b), ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata b’mod sħiħ, pretensjoni kontra l-proprjetà ta’ insolvenza ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, li tikklassifika pari passu mal-pretensjonijiet tal-kredituri ordinarji mhux iggarantiti tal-istituzzjoni ta’ kreditu ddeterminati f’konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-klassifikazzjoni fi proċedimenti normali ta’ insolvenza.

Artikolu 4 2.
Il-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għall-obbligi ta’ pagament sħiħ marbutin mal-bonds koperti.
Artikolu 4 3.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ tal-insolvenza ta’ istituzzjoni speċjalizzata ta’ kreditu ipotekarju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jagħtu lill-investituri ta’ bonds tal-kreditu u kontropartijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi li jikkonformaw mal-Artikolu 11 pretensjoni li tikklassifika bħala superjuri għall-pretensjoni tal-kredituri ordinarji mhux iggarantiti ta’ dik l-istituzzjoni speċjalizzata ta’ kreditu ipotekarju, iddeterminata f’konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-klassifikazzjoni tal-kredituri fi proċedimenti normali ta’ insolvenza, iżda inferjuri għal kull kreditur ippreferut ieħor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.