|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jirregolaw is-segregazzjoni tal-assi ta’ kopertura. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu mill-anqas ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-assi kollha ta’ kopertura jkunu identifikabbli mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti f’kull ħin;
(b)
l-assi kollha ta’ kopertura jkunu soġġetti għal segregazzjoni legalment vinkolanti u ġuridikament eżegwibbli mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti;
(c)
l-assi kollha ta’ kopertura jkunu protetti minn kull pretensjoni ta’ partijiet terzi u l-ebda assi ta’ kopertura ma jifforma parti mill-proprjetà ta’ insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds ta’ kopertura sa ma tiġi ssodisfata l-pretensjoni ta’ prijorità msemmija fil-punt b tal-Artikolu 4(1). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-assi ta’ kopertura għandhom jinkludu kwalunkwe kollateral riċevut f’rabta ma’ pożizzjonijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|