+Artikolu 16 Rekwiżit għal riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
|
Artikolu 16 Rekwiżit għal riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu li l-aggregazzjoni ta’ kopertura tinkludi dejjem riżerva ta’ likwidità magħmula minn assi likwidi disponibbli sabiex jiġi kopert il-fluss ta’ ħruġ nett tal-likwidità tal-programm ta’ bonds koperti.
|
|
Artikolu 16 2.
|
Ir-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura għandha tkopri l-fluss ta’ ħruġ nett kumulattiv massimu tal-likwidità għall-180 jum segwenti.
|
|
Artikolu 16 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun tikkonsisti fit-tipi ta’ assi li ġejjin, segregati f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva:
(a)
assi li jikkwalifikaw bħala assi ta’ livell 1, livell 2A jew livell 2B skont ir-regolament ta’ delega applikabbli adottat skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkunu vvalutati f’konformità ma’ dak ir-regolament ta’ delega, u ma jkunux maħruġa mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti hija stess, jew mill-impriża prinċipali tagħha, li tkun differenti minn entità tas-settur pubbliku li ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu, jew minn sussidjarja tagħha jew sussidjarja oħra tal-impriża prinċipali tagħha jew minn entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni li magħha l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rabtiet mill-qrib;
(b)
skoperturi fuq terminu qasir għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2, jew depożiti fuq terminu qasir għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala tal-kwalità kreditizja 1, 2 jew 3, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw it-tipi ta’ assi likwidi li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet mhux kollateralizzati minn skoperturi kkunsidrati inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu għar-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu bonds koperti jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ likwidità stabbiliti f’atti legali oħra tal-Unjoni li jirriżultaw f’koinċidenza dispositiva mar-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-paragrafi 1, 2 u 3 għall-perjodu previst f’dawk l-atti legali tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw dik l-għażla biss sad-data li fiha ssir applikabbli emenda għal dawk l-atti legali tal-Unjoni biex tiġi eliminata l-koinċidenza dispositiva u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EBA fejn huma jeżerċitaw dik l-għażla.
|
|
Artikolu 16 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kalkolu tal-ammont prinċipali għal strutturi ta’ maturità estendibbli jkun ibbażat fuq id-data tal-maturità finali f’konformità mat-termini kuntrattwali u l-kundizzjonijiet tal-bond kopert.
|
|
Artikolu 16 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-paragrafu 1 ma japplikax għal bonds koperti li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ finanzjament simetriku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|