|
+Artikolu 16 3. |
Artikolu 16 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun tikkonsisti fit-tipi ta’ assi li ġejjin, segregati f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva:
(a)
assi li jikkwalifikaw bħala assi ta’ livell 1, livell 2A jew livell 2B skont ir-regolament ta’ delega applikabbli adottat skont l-Artikolu 460 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li jkunu vvalutati f’konformità ma’ dak ir-regolament ta’ delega, u ma jkunux maħruġa mill-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti hija stess, jew mill-impriża prinċipali tagħha, li tkun differenti minn entità tas-settur pubbliku li ma tkunx istituzzjoni ta’ kreditu, jew minn sussidjarja tagħha jew sussidjarja oħra tal-impriża prinċipali tagħha jew minn entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni li magħha l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rabtiet mill-qrib;
(b)
skoperturi fuq terminu qasir għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala tal-kwalità kreditizja 1 jew 2, jew depożiti fuq terminu qasir għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala tal-kwalità kreditizja 1, 2 jew 3, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw it-tipi ta’ assi likwidi li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet mhux kollateralizzati minn skoperturi kkunsidrati inadempjenti skont l-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu għar-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|