+Artikolu 18 Superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
|
Artikolu 18 Superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jipprevedu li l-ħruġ ta’ bonds koperti jkun suġġett għal superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Għall-finijiet tas-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EBA dwar dawk l-awtoritajiet maħtura u għandhom jindikaw kull diviżjoni tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet.
|
|
Artikolu 18 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 2 jimmonitorjaw il-ħruġ ta’ bonds koperti sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti jirreġistraw it-tranżazzjonijiet kollha tagħhom relatati mal-programm ta’ bonds koperti u jkollhom fis-seħħ sistemi u proċessi ta’ dokumentazzjoni adegwati u xierqa.
|
|
Artikolu 18 5.
|
L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jinvestigaw każijiet ta’ ksur possibbli ta’ dawk ir-rekwiżiti, u jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 23.
|
|
Artikolu 18 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 2 ikollhom il-kompetenza, ir-riżorsi, il-kapaċità operattiva, is-setgħat u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|