|
+Artikolu 20 3. |
Artikolu 20 3.Fejn l-Istati Membri jipprevedu l-ħatra ta’ amministratur speċjali f’konformità mal-paragrafu 2, huma għandhom jadottaw regoli li jistabbilixxu l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ dak l-amministratur speċjali, tal-inqas fir-rigward ta’:
(a)
il-kwittanza tal-obbligazzjonijiet marbutin mal-bonds koperti;
(b)
il-ġestjoni u r-realizzazzjoni tal-assi ta’ kopertura, inkluż it-trasferiment tagħhom flimkien ma’ obbligazzjonijiet ta’ bonds koperti għal istituzzjoni ta’ kreditu oħra li toħroġ bonds koperti;
(c)
it-tranżazzjonijiet legali meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, għall-monitoraġġ kontinwu ta’ kopertura tal-obbligazzjonijiet marbuta mal-bonds koperti, biex jingħata bidu għall-proċedimenti sabiex jerġgħu jiddaħħlu lura assi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura u għat-trasferiment tal-assi li jifdal għall-proprjetà tal-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu li ħarġet il-bonds koperti wara li jiġu ssodisfati l-obbligazzjonijiet kollha ta’ bonds koperti. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-amministratur speċjali jopera, fil-każ ta’ insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, taħt l-awtorizzazzjoni miżmuma minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, soġġett għall-istess rekwiżiti operazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|