+Artikolu 20 Superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti fil-każ ta’ insolvenza jew riżoluzzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
|
Artikolu 20 Superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti fil-każ ta’ insolvenza jew riżoluzzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) għandhom jikkooperaw mal-awtorità ta’ riżoluzzjoni f’każ ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, sabiex jiżguraw li d-drittijiet u l-interessi tal-investituri f’bonds koperti jiġu ppreservati, inkluż, tal-inqas, billi jivverifikaw il-ġestjoni kontinwa u kompetenti tal-programm ta’ bonds koperti matul il-perjodu tal-proċess ta’ riżoluzzjoni.
|
|
Artikolu 20 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-ħatra ta’ amministratur speċjali sabiex jiżgura li d-drittijiet u l-interessi tal-investituri f’bonds koperti jiġu ppreservati, inkluż, mill-inqas, billi jivverifikaw il-ġestjoni kontinwa u kompetenti tal-programm ta’ bonds koperti matul il-perjodu neċessarju. Fejn l-Istati Membri jeżerċitaw dik l-għażla, huma jistgħu jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 18(2) japprovaw il-ħatra u t-tneħħija tal-amministratur speċjali. L-Istati Membri li jeżerċitaw dik l-għażla għandhom tal-inqas jirrikjedu li dawk l-awtoritajiet kompetenti jiġu kkonsultati dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-amministratur speċjali.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Fejn l-Istati Membri jipprevedu l-ħatra ta’ amministratur speċjali f’konformità mal-paragrafu 2, huma għandhom jadottaw regoli li jistabbilixxu l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ dak l-amministratur speċjali, tal-inqas fir-rigward ta’:
(a)
il-kwittanza tal-obbligazzjonijiet marbutin mal-bonds koperti;
(b)
il-ġestjoni u r-realizzazzjoni tal-assi ta’ kopertura, inkluż it-trasferiment tagħhom flimkien ma’ obbligazzjonijiet ta’ bonds koperti għal istituzzjoni ta’ kreditu oħra li toħroġ bonds koperti;
(c)
it-tranżazzjonijiet legali meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, għall-monitoraġġ kontinwu ta’ kopertura tal-obbligazzjonijiet marbuta mal-bonds koperti, biex jingħata bidu għall-proċedimenti sabiex jerġgħu jiddaħħlu lura assi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura u għat-trasferiment tal-assi li jifdal għall-proprjetà tal-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu li ħarġet il-bonds koperti wara li jiġu ssodisfati l-obbligazzjonijiet kollha ta’ bonds koperti.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-amministratur speċjali jopera, fil-każ ta’ insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti, taħt l-awtorizzazzjoni miżmuma minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, soġġett għall-istess rekwiżiti operazzjonali.
|
|
Artikolu 20 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-proċess ta’ insolvenza jew riżoluzzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2), l-amministratur speċjali, fejn tali amministratur ikun ġie maħtur, u, fil-każ ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|