+Artikolu 23 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.

Artikolu 23 Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistabbilixxu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra adegwati li japplikaw mill-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni ta’ kreditu tkun kisbet permess għal programm ta’ bonds koperti permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew mezzi irregolari oħra;

(b) 

istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx baqgħet tissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom ingħata permess għal programm ta’ bonds koperti;

(c) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti mingħajr ma tikseb il-permess f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19;

(d) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 4;

(e) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5;

(f) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti li ma jkunux kollateralizzati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6;

(g) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti li jkunu kollateralizzati minn assi li jinsabu barra mill-Unjoni bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 7;

(h) 

istituzzjoni ta’ kreditu tikkollateralizza bonds koperti fi struttura ta’ bonds koperti aggregati b’mod intragrupp bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 8;

(i) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal finanzjament konġunt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 9;

(j) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tal-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 10;

(k) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 11;

(l) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi ta’ kopertura f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 12;

(m) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 14;

(n) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti b’mod ripetut jew persistenti tonqos milli żżomm riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 16;

(o) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal strutturi ta’ maturità estendibbli li jkunu stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 17;

(p) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ bonds koperti tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża dwar l-obbligi tagħha bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 21(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux għal penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għal każijiet ta’ ksur li jkunu soġġetti għal pieni kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali lill-Kummissjoni.

Artikolu 23 2.

Il-penali u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, tal-inqas, għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a) 

l-irtirar ta’ permess għal programm ta’ bonds koperti;

(b) 

dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 24;

(c) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf mill-imġiba u ma tirrepetihiex;

(d) 

penali pekunarji amministrattivi.

Artikolu 23 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-penali u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jiġu implimentati b’mod effettiv.
Artikolu 23 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-ammont tal-penali pekunarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jqisu ċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin, fejn ikun rilevanti:

(a) 

il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, inkluż b’referenza għall-fatturat totali tal-persuna ġuridika jew l-introjtu annwali tal-persuna fiżika;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn dawk il-profitti jew it-telf ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e) 

it-telf ikkawżat lil partijiet terzi mill-ksur, sa fejn dan it-telf ikun jista’ jiġi ddeterminat;

(f) 

il-livell ta’ kooperazzjoni mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2);

(g) 

kwalunkwe każ ta’ ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur;

(h) 

kwalunkwe konsegwenza sistemika reali jew potenzjali tal-ksur.

Artikolu 23 5.
Fejn id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għall-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) japplikaw il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għal membri tal-korp maniġerjali u għal individwi oħrajn li taħt il-liġi nazzjonali jkunu responsabbli għall-ksur.
Artikolu 23 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2), qabel ma jieħdu deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kif stipulat fil-paragrafu 2, jagħtu lill-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata l-opportunità li tinstema’. L-eċċezzjonijiet għad-dritt li wieħed jinstema’ jistgħu japplikaw għall-adozzjoni ta’ dawk il-miżuri amministrattivi l-oħra fejn tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex jiġi evitat telf sinifikanti għal partijiet terzi jew dannu sinifikanti lis-sistema finanzjarja. F’tali każijiet, il-persuna kkonċernata għandha tingħata l-opportunità li tinstema’ mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tal-miżura amministrattiva u, fejn meħtieġ, dik il-miżura għandha tiġi riveduta.
Artikolu 23 7.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kif stipulat fil-paragrafu 2 tkun motivata kif xieraq u tkun soġġetta għad-dritt tal-appell.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.