+Artikolu 23 1.

Artikolu 23 1.

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu għal pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistabbilixxu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra adegwati li japplikaw mill-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjoni ta’ kreditu tkun kisbet permess għal programm ta’ bonds koperti permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew mezzi irregolari oħra;

(b) 

istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx baqgħet tissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom ingħata permess għal programm ta’ bonds koperti;

(c) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti mingħajr ma tikseb il-permess f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 19;

(d) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 4;

(e) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 5;

(f) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti li ma jkunux kollateralizzati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 6;

(g) 

istituzzjoni ta’ kreditu toħroġ bonds koperti li jkunu kollateralizzati minn assi li jinsabu barra mill-Unjoni bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 7;

(h) 

istituzzjoni ta’ kreditu tikkollateralizza bonds koperti fi struttura ta’ bonds koperti aggregati b’mod intragrupp bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 8;

(i) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal finanzjament konġunt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 9;

(j) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tal-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 10;

(k) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti fir-rigward ta’ kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 11;

(l) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi ta’ kopertura f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 12;

(m) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 14;

(n) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti b’mod ripetut jew persistenti tonqos milli żżomm riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 16;

(o) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ il-bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal strutturi ta’ maturità estendibbli li jkunu stabbiliti fid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 17;

(p) 

istituzzjoni ta’ kreditu li toħroġ bonds koperti tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża dwar l-obbligi tagħha bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 21(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipprovdux għal penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għal każijiet ta’ ksur li jkunu soġġetti għal pieni kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. F’tali każijiet, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali lill-Kummissjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.