+Artikolu 24 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
---+Artikolu 24 7.
---+Artikolu 24 8.
---+Artikolu 24 9.
---+Artikolu 24 10.
|
Artikolu 24 Pubblikazzjoni ta’ penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jinkludu regoli li jirrikjedu li l-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra jiġu ppubblikati mingħajr dewmien żejjed fuq is-siti web uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2). L-istess obbligi japplikaw fejn Stat Membru jiddeċiedi li jipprovdi għal pieni kriminali skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1).
|
|
Artikolu 24 2.
|
Ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1 għandhom mill-inqas jirrikjedu l-pubblikazzjoni ta’ kull deċiżjoni li ma tistax tiġi appellata jew ma tistax iktar tiġi appellata, u li tkun imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 24 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali pubblikazzjoni tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fuqha tiġi imposta l-penali jew miżura. Soġġett għall-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li tali informazzjoni tiġi ppubblikata mingħajr dewmien żejjed wara li d-destinatarju jkun ġie infurmat dwar dik il-piena jew il-miżura kif ukoll dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali jew miżura fuq is-siti web uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2).
|
|
Artikolu 24 4.
|
Fejn l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li timponi penali jew miżuri oħra li kontrihom ikun hemm appell pendenti, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jippubblikaw ukoll fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, informazzjoni dwar l-istatus tal-appell u l-eżitu tiegħu.
|
|
Artikolu 24 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-penali jew miżuri fuq bażi anonima u f’konformità mal-liġi nazzjonali, f’kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a)
fejn il-penali jew miżura tkun ġiet imposta fuq persuna fiżika u l-pubblikazzjoni tad-data personali tinstab li tkun sproporzjonata;
(b)
fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għadha għaddejja;
(c)
fejn il-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat, dannu sproporzjonat lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew lill-persuni fiżiċi involuti.
|
|
Artikolu 24 6.
|
Fejn Stat Membru jippubblika deċiżjoni li timponi penali jew miżura fuq bażi anonima, huwa jista’ jippermetti li l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tiġi posposta.
|
|
Artikolu 24 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni finali mill-qorti li tannulla deċiżjoni li timponi penali jew miżura tiġi ppubblikata wkoll.
|
|
Artikolu 24 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi minn 2 sa 6 tibqa’ fuq is-siti web uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) għal tal-anqas ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni. Id-data personali li tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm biss fuq is-sit web uffiċjali għall-perjodu li jkun meħtieġ u f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali. Tali perjodu ta’ żamma għandu jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-perjodi ta’ limitazzjoni previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati iżda fl-ebda każ m’għandu jkun itwal minn għaxar snin.
|
|
Artikolu 24 9.
|
L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar kull penali amministrattiva u miżuri amministrattivi oħra imposti, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe appell relattiv għalihom u l-eżitu ta’ dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u dettalji tas-sentenza finali relattivament għal kull piena kriminali imposta, li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippreżentaw ukoll lill-EBA.
|
|
Artikolu 24 10.
|
L-EBA għandha żżomm bażi ċentrali ta’ data tal-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra kkomunikati lilha. Dik il-bażi ta’ data għandha tkun aċċessibbli biss lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn dawk l-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|