+Artikolu 31 Rieżami u rapporti
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.

Artikolu 31 Rieżami u rapporti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1.
Sat-8 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk xieraq, dwar jekk, u jekk ikun il-każ, kif reġim ta’ ekwivalenza jista’ jiġi introdott għal istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ pajjiżi terzi li joħorġu l-bonds koperti u għal investituri f’dawk il-bonds koperti, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam ta’ bonds koperti, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-oqfsa leġiżlattivi fil-pajjiżi terzi.
Artikolu 31 2.

Sat-8 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-livell tal-protezzjoni tal-investituri u dwar l-iżviluppi li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ bonds koperti fl-Unjoni. Ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a) 

l-iżviluppi li jirrigwardaw l-għadd ta’ permessi għall-ħruġ ta’ bonds koperti;

(b) 

l-iżviluppi li jirrigwardaw l-għadd ta’ bonds koperti maħruġin f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u mal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c) 

l-iżviluppi li jirrigwardaw l-assi li jikkollateralizzaw il-ħruġ ta’ bonds koperti;

(d) 

l-iżviluppi li jirrigwardaw il-livell ta’ sovrakollateralizzazzjoni;

(e) 

l-investimenti transfruntieri fil-bonds koperti, inkluż investiment ’il ġewwa minn, u investiment ’il barra lejn, pajjiżi terzi;

(f) 

l-iżviluppi li jirrigwardaw il-ħruġ ta’ bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli;

(g) 

l-iżviluppi rigward ir-riskji u l-benefiċċji tal-użu tal-iskoperturi kif imsemmija fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(h) 

il-funzjonament tas-swieq ta’ bonds koperti.

Artikolu 31 3.
Sat-8 ta’ Lulju 2024, l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni dwar il-kwistjonijiet elenkati fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni.
Artikolu 31 4.
Sat-8 ta’ Lulju 2024, wara li tikkummissjona u tirċievi studju li jivvaluta r-riskji u l-benefiċċji li jirriżultaw minn bonds koperti bi strutturi ta’ maturità estendibbli u wara konsultazzjoni mal-EBA, il-Kummissjoni għandha tadotta rapport u għandha tissottometti dak l-istudju u dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk xieraq.
Artikolu 31 5.
Sat-8 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni għandha tadotta rapport dwar il-possibbiltà li jiġi introdott strument ta’ rikors doppju bl-isem Noti Garantiti Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk xieraq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L2162
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.