+Artikolu 3 Missjoni, għanijiet u kompiti
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Missjoni, għanijiet u kompiti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
Il-BERS għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni li jirriżultaw minn żviluppi fis-sistema finanzjarja u b’kont meħud tal-iżviluppi makroekonomiċi, bil-għan li jevita perijodi ta’ diffikultà finanzjarja mifruxa. Dan għandu jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u b’hekk jiżgura kontribut sostenibbli tas-settur finanzjarju għat-tkabbir ekonomiku.
|
|
Artikolu 3 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BERS għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
jiddetermina u/jew jiġbor u janalizza l-informazzjoni kollha rilevanti u meħtieġa, għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet deskritti fil-paragrafu 1;
(b)
jidentifika u jipprijoritizza r-riskji sistemiċi;
(c)
joħroġ twissijiet meta riskji sistemiċi bħal dawn ikunu kkunsidrati li huma sinifikanti u, fejn ikun xieraq, jagħmlu dawk it-twissijiet pubbliċi;
(d)
joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju b’rispons għar-riskji identifikati u, fejn ikun xieraq, jagħmlu dawk ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi;
(e)
meta l-BERS jiddetermina li tista’ tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 billi joħroġ twissija kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u jipprovdi lill-Kunsill valutazzjoni tas-sitwazzjoni, biex jippermetti lill-Kunsill jivvaluta l-ħtieġa tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni indirizzata lill-ASE li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza;
(f)
iwettaq monitoraġġ tas-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet;
(g)
jikkoopera mill-qrib mal-partijiet kollha l-oħra tas-SESF; fejn ikun xieraq, jipprovdi lill-ASE bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; u, b’mod partikolari, f’kollaborazzjoni mal-ASE, jiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (“risk dashboard”) biex jiġi identifikat u jitkejjel ir-riskju sistemiku;
(h)
jipparteċipa, fejn ikun xieraq, fil-Kumitat Konġunt;
(i)
jikkoordina l-azzjonijiet tiegħu ma dawk ta’ organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari mal-FMI u mal-BIF kif ukoll il-korpi rilevanti f’pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet relatati mas-sorveljanza makroprudenzjali;
(j)
iwettaq kompiti oħrajn relatati kif speċifikat fil-leġislazzjoni tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|