|
+Artikolu 3 2. |
Artikolu 3 2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-BERS għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a)
jiddetermina u/jew jiġbor u janalizza l-informazzjoni kollha rilevanti u meħtieġa, għall-finijiet li jintlaħqu l-għanijiet deskritti fil-paragrafu 1;
(b)
jidentifika u jipprijoritizza r-riskji sistemiċi;
(c)
joħroġ twissijiet meta riskji sistemiċi bħal dawn ikunu kkunsidrati li huma sinifikanti u, fejn ikun xieraq, jagħmlu dawk it-twissijiet pubbliċi;
(d)
joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju b’rispons għar-riskji identifikati u, fejn ikun xieraq, jagħmlu dawk ir-rakkomandazzjonijiet pubbliċi;
(e)
meta l-BERS jiddetermina li tista’ tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 billi joħroġ twissija kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u jipprovdi lill-Kunsill valutazzjoni tas-sitwazzjoni, biex jippermetti lill-Kunsill jivvaluta l-ħtieġa tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni indirizzata lill-ASE li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza;
(f)
iwettaq monitoraġġ tas-segwitu għat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet;
(g)
jikkoopera mill-qrib mal-partijiet kollha l-oħra tas-SESF; fejn ikun xieraq, jipprovdi lill-ASE bl-informazzjoni dwar ir-riskji sistemiċi li jkollhom bżonn sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom; u, b’mod partikolari, f’kollaborazzjoni mal-ASE, jiżviluppa sett komuni ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi (“risk dashboard”) biex jiġi identifikat u jitkejjel ir-riskju sistemiku;
(h)
jipparteċipa, fejn ikun xieraq, fil-Kumitat Konġunt;
(i)
jikkoordina l-azzjonijiet tiegħu ma dawk ta’ organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari mal-FMI u mal-BIF kif ukoll il-korpi rilevanti f’pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet relatati mas-sorveljanza makroprudenzjali;
(j)
iwettaq kompiti oħrajn relatati kif speċifikat fil-leġislazzjoni tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|