Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 (
1
), il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta’ kap tas-Segretarjat għandhomx il-kwalitajiet, l-imparzjalità u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fid-dettall biżżejjed dwar il-proċedura ta’ valutazzjoni u ta’ konsultazzjoni.