+Artikolu 4 Struttura
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 2a.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 3a.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Struttura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Il-BERS għandu jkollu Bord Ġenerali, Kumitat ta’ Tmexxija, Segretarjat, Kumitat Xjentifiku Konsultattiv u Kumitat Tekniku Konsultattiv.
Artikolu 4 2.
Il-Bord Ġenerali għandu jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa sabiex jiżgura t-twettiq tal-kompiti fdati lill-BERS, skont l-Artikolu 3(2).
Artikolu 4 2a.
Meta jiġi kkonsultat dwar il-ħatra tal-kap tas-Segretarjat f’konformità mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 ( 1 ), il-Bord Ġenerali, wara proċedura miftuħa u trasparenti, għandu jivvaluta jekk il-kandidati fil-lista finali għall-kariga ta’ kap tas-Segretarjat għandhomx il-kwalitajiet, l-imparzjalità u l-esperjenza meħtieġa biex jimmaniġġaw is-Segretarjat. Il-Bord Ġenerali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fid-dettall biżżejjed dwar il-proċedura ta’ valutazzjoni u ta’ konsultazzjoni.
Artikolu 4 3.
Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jassisti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BERS billi jħejji l-laqgħat tal-Bord Ġenerali, jirrevedi d-dokumenti li għandhom jiġu diskussi u jimmonitorja l-progress tax-xogħol kontinwu tal-BERS.
Artikolu 4 3a.

Meta jagħtu struzzjonijiet lill-kap tas-Segretarjat f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010, il-President u l-Kumitat tat-Tmexxija jistgħu jindirizzaw dan li ġej:

(a) 

il-ġestjoni ta’ kuljum tas-Segretarjat;

(b) 

kull kwistjoni amministrattiva u baġitarja relatata mas-Segretarjat;

(c) 

il-koordinament u t-tħejjija tal-ħidma u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord Ġenerali;

(d) 

it-tħejjija tal-proposta għall-programm annwali tal-BERS u l-implimentazzjoni tiegħu;

(e) 

it-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-BERS u r-rappurtar lill-Bord Ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-programm annwali.

Artikolu 4 4.
Is-Segretarjat għandu jkun responsabbli mill-ħidma ta’ kuljum tal-BERS. Għandu jipprovdi appoġġ analitiku, statistiku, amministrattiv u loġistiku ta’ kwalità għolja lill-BERS taħt id-direzzjoni tal-President u tal-Kumitat ta’ Tmexxija skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 ( 2 ). Għandu wkoll jagħmel użu mill-pariri tekniċi mill-ASE, mill-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet superviżuri nazzjonali.
Artikolu 4 5.
Il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv u l-Kumitat Tekniku Konsultattiv imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 għandhom jipprovdu pariri u assistenza fuq kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-BERS.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.