|
+Artikolu 15 15. |
Artikolu 15 15.Il-BERS jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti aċċess biex l-informazzjoni li jikseb meta jwettaq dmirijietu tintuża mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik l-informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-BERS ikun żgura li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, lill-entitajiet, lis-suġġetti tad-data u lill-Istati Membri milli jiġu identifikati;
(b)
l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tal-kxif biex jiġu protetti l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, jew kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu f’każ biss li jkun hemm il-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|