+Artikolu 15 Ġbir u skambju ta’ informazzjoni
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.
---+Artikolu 15 8.
---+Artikolu 15 9.
---+Artikolu 15 10.
---+Artikolu 15 11.
---+Artikolu 15 12.
---+Artikolu 15 13.
---+Artikolu 15 14.
---+Artikolu 15 15.
---+Artikolu 15 16.
---+Artikolu 15 17.

Artikolu 15 Ġbir u skambju ta’ informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
Il-BERS għandu jipprovdi lill-ASE bl-informazzjoni dwar ir-riskji meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.
Artikolu 15 2.
L-ASE, is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kummissjoni, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS u jipprovduh bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni.
Artikolu 15 3.
Soġġett għall-Artikolu 36(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-BERS jista’ jitlob informazzjoni mingħand l-ASE, bħala regola f’forma fil-qosor jew aggregata b’mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
Artikolu 15 4.
Qabel ma jitlob informazzjoni skont dan l-Artikolu, il-BERS għandu l-ewwel iqis l-istatistika eżistenti prodotta, disseminata u żviluppata mis-Sistema Statistika Ewropea u mis-SEBĊ.
Artikolu 15 5.
Jekk l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli jew ma ssirx disponibbli fil-ħin, il-BERS jista’ jitlob l-informazzjoni mis-SEBĊ, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali. Jekk l-informazzjoni tibqa’ mhux disponibbli, il-BERS jista’ jitlobhamill-Istat Membru kkonċernat, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi kkonferiti, rispettivament, fuq il-Kunsill, il-Kummissjoni (Eurostat), il-BĊE, l-Eurosistema u s-SEBĊ fil-qasam tal-istatistika u l-ġbir ta’ data.
Artikolu 15 6.
Jekk il-BERS jitlob informazzjoni li mhix f’forma fil-qosor jew aggregata, it-talba motivata għandha tispjega għalfejn id-data dwar l-istituzzjoni finanzjarja individwali rispettiva titqies bħala sistematikament rilevanti, u meħtieġa, b’konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni prevalenti tas-suq.
Artikolu 15 7.
Qabel kull talba għal informazzjoni ta’ natura superviżorja li ma tkunx fil-qosor jew f’għamla aggregata, il-BERS għandu jikkonsulta debitament mal-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti sabiex jiżgura li t-talba tkun ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti ma tikkunsidrax it-talba bħala ġustifikata u proporzjonata, hija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat it-talba lura għand il-BERS u titlob għal ġustifikazzjoni addizzjonali. Wara li l-BERS ikun ta lill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tali ġustifikazzjoni addizzjonali, l-informazzjoni mitluba għandha tiġi trażmessa lill-BERS mid-destinatarji tat-talba, dment li dawn ikollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti.
Artikolu 15 8.
Il-BERS għandu jikkondividi, fuq bażi regolari jew skont il-każ, informazzjoni li jkun kiseb minn waħda mill-awtoritajiet l-oħra meta jwettaq dmirijietu u li tirriżulta mill-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, mal-awtoritajiet l-oħra fuq talba, dment li l-awtorità rikjedenti tkun intitolata tikseb dik l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew mill-awtoritajiet l-oħra skont il-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 15 9.
Talba għall-iskambju ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu għandha tindika l-bażi legali skont il-liġi tal-Unjoni li tintitola lill-awtorità rikjedenti tikseb l-informazzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-awtoritajiet l-oħra.

L-awtorità rikjedenti u l-BERS għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi tas-segretezza professjonali u tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 8 u fil-leġiżlazzjoni settorjali li japplikaw għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni finanzjarja jew l-awtoritajiet l-oħra u l-awtorità rikjedenti, u bejn l-awtoritajiet l-oħra u l-BERS.

Artikolu 15 10.
Meta l-BERS jiskambja informazzjoni skont il-paragrafu 8, huwa għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lil kull awtorità li mingħandhom ikun kiseb l-informazzjoni dwar l-iskambju. Fil-każ ta’ skambji rikorrenti jew perjodiċi ta’ informazzjoni, il-BERS għandu jkun obbligat jinforma lill-awtorità li mingħandha jkun kiseb l-informazzjoni darba biss.
Artikolu 15 11.

B’deroga mill-paragrafu 10, il-BERS m’għandux ikun obbligat jinforma lill-awtorità dwar l-iskambju ta’ informazzjoni meta tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni tkun ġiet anonimizzata b’tali mod li ma tibqax relatata ma’ xi persuna fiżika identifikata jew identifikabbli u li l-istituzzjoni finanzjarja jew entitajiet ġuridiċi oħra ma jibqgħux identifikabbli; jew

(b) 

l-informazzjoni tkun ġiet modifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tal-kxif biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, u biex tiġi protetta d-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 ( 7 ) u (UE) 2018/1725 ( 8 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 15 12.
Il-paragrafi 8 sa 11 għandhom japplikaw ukoll għal informazzjoni li l-BERS ikun irċieva mill-awtoritajiet l-oħra u li fuqha l-BERS ikun sussegwentement wettaq verifiki tal-kwalità jew li l-BERS ikun ipproċessa mod ieħor.
Artikolu 15 13.
Sabiex jiġu ffaċilitati l-iskambji ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafi 8 sa 12, il-BERS u l-awtoritajiet l-oħra jistgħu jidħlu f’memoranda ta’ qbil dwar l-arranġamenti għal tali skambji. Il-memoranda ta’ qbil jistgħu jispeċifikaw ukoll arranġamenti għall-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ informazzjoni kondiviża. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-BERS u lill-awtoritajiet l-oħra, tiżviluppa gwida dwar l-elementi ewlenin ta’ tali memoranda ta’ qbil.
Artikolu 15 14.
Il-paragrafi 8 sa 13 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u ma għandhomx jipprevjenu jew jirrestrinġu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BERS u l-awtoritajiet l-oħra f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

F’każ ta’ kunflitt bejn il-paragrafi 8 sa 13 ta’ dan ir-Regolament u dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tirregola l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-BERS u l-awtoritajiet l-oħra, għandhom jipprevalu tali dispożizzjonijiet oħra.

Artikolu 15 15.

Il-BERS jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħti aċċess biex l-informazzjoni li jikseb meta jwettaq dmirijietu tintuża mill-ġdid minn istituzzjonijiet finanzjarji, riċerkaturi u entitajiet oħra li jkollhom interess leġittimu f’dik l-informazzjoni għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, dment li l-BERS ikun żgura li jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikunu ttieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni tiġi anonimizzata b’mod li jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji individwali, lill-entitajiet, lis-suġġetti tad-data u lill-Istati Membri milli jiġu identifikati;

(b) 

l-informazzjoni tkun ġiet immodifikata, aggregata jew ittrattata bi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kontroll tal-kxif biex jiġu protetti l-informazzjoni kunfidenzjali, inkluż is-sigrieti kummerċjali, jew kontenut kopert mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

L-informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe awtorità għandha tiġi kondiviża skont l-ewwel subparagrafu f’każ biss li jkun hemm il-kunsens tal-awtorità li inizjalment tkun kisbet dik l-informazzjoni.

Artikolu 15 16.
Sal-11 ta’ Novembru 2027, il-BERS għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-ostakli legali kollha fil-leġiżlazzjoni settorjali li, b’xi mod, iżommuh milli jiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet l-oħra jew ma’ entitajiet oħra. Ir-rapport jista’ jindirizza wkoll rekwiżiti ta’ rappurtar mhux materjali, obsoleti, duplikati jew b’xi mod ieħor irrilevanti. Jista’ jinkludi wkoll suġġerimenti biex tittejjeb il-konsistenza bejn ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-entitajiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari, fejn meħtieġ.

Filwaqt li tqis ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-obbligi tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex jitneħħew tali ostakli legali fil-leġiżlazzjoni settorjali, sabiex jitrawwem l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet u ma’ entitajiet oħra.

Artikolu 15 17.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “awtoritajiet oħra” tfisser kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet li ġejjin:

(a) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea);

(b) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol);

(c) 

l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq);

(d) 

awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

(e) 

awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010;

(f) 

awtoritajiet kompetenti, kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (3), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

(g) 

l-awtoritajiet li jiffurmaw il-Mekkaniżmu superviżorju uniku, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(h) 

il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, kif stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;

(i) 

awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(j) 

l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );

(k) 

superviżuri finanzjarji, kif definit fl-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2024/1640 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.