Twissijiet jew rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS f’konformità mal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu jew ta’ natura ġenerali jew speċifika u għandhom ikunu indirizzati b’mod partikolari lill-Unjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali, lil awtorità nazzjonali waħda jew aktar maħtura għall-applikazzjoni ta’ miżuri mmirati lejn l-indirizzar ta’ riskju sistemiku jew makroprudenzjali, lill-BĊE għall-kompiti mogħtija lill-BĊE f’konformità mal-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) jew lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni. F’każ li twissija jew rakkomandazzjoni tkun indirizzata lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati wkoll b’dan. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu skeda ta’ żmien speċifikata għat-tweġiba ta’ politika. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu indirizzati wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.