+Artikolu 16 Twissijiet u rakkomandazzjonijiet
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 Twissijiet u rakkomandazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Meta jiġu identifikati riskji sinifikanti għall-kisba tal-għan fl-Artikolu 3(1), il-BERS għandu jipprovdi twissijiet u, fejn ikun xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju, inkluż, fejn ikun xieraq, għal inizjattivi leġislattivi.
Artikolu 16 2.
Twissijiet jew rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS f’konformità mal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu jew ta’ natura ġenerali jew speċifika u għandhom ikunu indirizzati b’mod partikolari lill-Unjoni, lil Stat Membru wieħed jew aktar, lil waħda jew aktar mill-ESAs, lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali, lil awtorità nazzjonali waħda jew aktar maħtura għall-applikazzjoni ta’ miżuri mmirati lejn l-indirizzar ta’ riskju sistemiku jew makroprudenzjali, lill-BĊE għall-kompiti mogħtija lill-BĊE f’konformità mal-Artikoli 4(1), 4(2) u 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, lill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) jew lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni. F’każ li twissija jew rakkomandazzjoni tkun indirizzata lil waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu infurmati wkoll b’dan. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu skeda ta’ żmien speċifikata għat-tweġiba ta’ politika. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu indirizzati wkoll lill-Kummissjoni fir-rigward tal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 16 3.
Fl-istess ħin li jiġu trażmessi lid-destinatarji f’konformità mal-paragrafu 2, it-twissijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi, f’konformità ma’ regoli stretti ta’ kunfidenzjalità, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-ESAs. Meta jkunu qed jintbagħtu twissijiet jew rakkomandazzjonijiet kunfidenzjali jew mhux pubbliċi, il-Bord Ġenerali għandu, fejn adatt, jirrikjedi li jiġi konkluż ftehim biex tkun żgurata l-kunfidenzjalità.
Artikolu 16 4.

Sabiex tisaħħaħ is-sensibilizzazzjoni tar-riskji fl-ekonomija tal-Unjoni u biex tingħata prijorità lil dawn ir-riskji, il-BERS, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet l-oħra tas-SESF, għandu jfassal sistema b’kodiċi ta’ kulur li jikkorrispondi ma’ sitwazzjonijiet ta’ livelli ta’ riskju differenti.

Ladarba jitfasslu l-kriterji ta’ din il-klassifikazzjoni, it-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS għandhom jindikaw, fuq bażi ta’ każ b’każ, u fejn ikun xieraq, il-kategorija tar-riskju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.