|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.Sad-19 ta’ April 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-Regolament, li għandu jinkludi, b’mod partikolari:
(a)
evalwazzjoni tal-mod kif il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament japplikaw l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;
(b)
evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-volumi u l-imposti għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri u fl-euro sa mid-data tal- adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), jiġifieri mid-19 ta’ Marzu 2019;
(c)
evalwazzjoni tal-impatt tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament dwar l-iżvilupp tal-imposti fuq il-kambju tal-munita u imposti oħra relatati ma’ servizzi ta’ pagament, kemm għal min iħallas kif ukoll għall-benefiċjarji;
(d)
evalwazzjoni tal-istima tal-impatt tal-emendar tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament biex jiġu koperti l-muniti tal-Istati Membri kollha;
(e)
evalwazzjoni ta’ kif il-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita japplikaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u jekk dawk ir-regoli tejbux it-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju;
(f)
evalwazzjoni ta’ jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita ħabbtux wiċċhom ma’ diffikultajiet, u sa liema punt, b’rabta mal-applikazzjoni fil-prattika tal-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
(g)
analiżi kost-benefiċċji tal-kanali u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita jew li huma disponibbli għalihom u li jistgħu jkomplu jtejbu t-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju tal-munita, inkluża evalwazzjoni ta’ jekk hemmx ċerti kanali li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom ikunu meħtieġa joffru biex tintbagħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4; dik l-analiżi għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament tiġi żvelata simultanjament, qabel tinbeda kull tranżazzjoni, fir-rigward tal-possibbiltajiet kollha ta’ kambju tal-munita disponibbli fil-punt ta’ bejgħ jew f’ATM;
(h)
analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-pagaturi li jimblukkaw l-għażla tal-kambju tal-munita offruta minn parti għajr il-fornitur tas-servizz tal-pagament tal-pagatur f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ u li jbiddlu l-preferenzi tagħhom f’dak ir-rigward;
(i)
analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ rekwiżit għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur, li japplika, meta jipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita b’rabta ma’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, ir-rata tal-kambju tal-munita li tkun applikabbli fil-mument li tinbeda t-tranżazzjoni meta jsir l-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|