|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-emittenti jistgħu jallokaw sa 15 % tar-rikavat minn Bond Ekoloġiku Ewropew għal attivitajiet ekonomiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tassonomija, bl-eċċezzjoni tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku, dment li dawk l-attivitajiet ikunu:
(a)
attivitajiet ekonomiċi li fir-rigward tagħhom ma daħal fis-seħħ ebda kriterju ta’ skrinjar tekniku sad-data tal-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew; jew
(b)
attivitajiet fil-kuntest tal-appoġġ internazzjonali rrappurtati f’konformità mal-linji gwida, il-kriterji u ċ-ċikli ta’ rapportar maqbula internazzjonalment, inkluż il-finanzjament għall-klima rrappurtat lill-Kummissjoni fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima kif imsemmi fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, u l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp irrappurtata lill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|