+Artikolu 5 Flessibbiltà fl-użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.

Artikolu 5 Flessibbiltà fl-użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-emittenti jistgħu jallokaw sa 15 % tar-rikavat minn Bond Ekoloġiku Ewropew għal attivitajiet ekonomiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tassonomija, bl-eċċezzjoni tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku, dment li dawk l-attivitajiet ikunu:

(a) 

attivitajiet ekonomiċi li fir-rigward tagħhom ma daħal fis-seħħ ebda kriterju ta’ skrinjar tekniku sad-data tal-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew; jew

(b) 

attivitajiet fil-kuntest tal-appoġġ internazzjonali rrappurtati f’konformità mal-linji gwida, il-kriterji u ċ-ċikli ta’ rapportar maqbula internazzjonalment, inkluż il-finanzjament għall-klima rrappurtat lill-Kummissjoni fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima kif imsemmi fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, u l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp irrappurtata lill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.

Artikolu 5 2.
Meta emittent jalloka r-rikavati minn Bond Ekoloġiku Ewropew f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jiddeskrivi fl-iskeda informattiva tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10 l-attivitajiet ikkonċernati u l-perċentwal stmat tar-rikavati maħsuba biex jiffinanzjaw tali attivitajiet bħala total kif ukoll għal kull attività.
Artikolu 5 3.
Meta emittent jalloka r-rikavati minn Bond Ekoloġiku Ewropew għall-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jiżgura li dawk l-attivitajiet jissodisfaw, fejn applikabbli, il-kriterji ġeneriċi għal “la tagħmilx ħsara sinifikanti” stabbiliti fl-Appendiċijiet A, B, C u D tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139.
Artikolu 5 4.
Meta emittent jalloka r-rikavati minn Bond Ekoloġiku Ewropew għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu fuq bażi tal-aħjar sforzi jiżgura li dawk l-attivitajiet jissodisfaw il-kriterji ta’ skrinjar tekniku rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.