|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.L-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom u jagħmlu disponibbli, mingħajr ħlas u f’konformità mal-Artikolu 21(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1129, sa ma jkunu skadew mill-inqas 12-il xahar wara l-maturità ta’ dawk il-bonds, dan kollu li ġej, inkluża kwalunkwe emenda jew korrezzjoni tiegħu:
(a)
qabel ma jinħareġ il-bond, l-iskeda informattiva kkompletata dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10;
(b)
qabel ma jinħareġ il-bond, ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
qabel ma jinħareġ il-bond, link għas-sit web fejn il-prospett jista’ jiġi kkonsultat f’każijiet fejn prospett jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129;
(d)
mingħajr dewmien żejjed wara li jitfasslu f’konformità mal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rapporti tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej;
(e)
mingħajr dewmien żejjed wara li jinkisbu, ir-rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;
(f)
mingħajr dewmien żejjed wara li jitfassal f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-impatt tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej;
(g)
fejn applikabbli, il-pjan CapEx;
(h)
fejn applikabbli, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta jsir rieżami ta’ wara l-ħruġ ta’ rapport ta’ allokazzjoni ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej, dak ir-rapport tal-allokazzjoni għandu jiġi ppubblikat mingħajr dewmien żejjed wara li jinkiseb ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|