+Artikolu 15 Pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-emittent u notifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 Pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-emittent u notifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom u jagħmlu disponibbli, mingħajr ħlas u f’konformità mal-Artikolu 21(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1129, sa ma jkunu skadew mill-inqas 12-il xahar wara l-maturità ta’ dawk il-bonds, dan kollu li ġej, inkluża kwalunkwe emenda jew korrezzjoni tiegħu:
(a)
qabel ma jinħareġ il-bond, l-iskeda informattiva kkompletata dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10;
(b)
qabel ma jinħareġ il-bond, ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament;
(c)
qabel ma jinħareġ il-bond, link għas-sit web fejn il-prospett jista’ jiġi kkonsultat f’każijiet fejn prospett jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129;
(d)
mingħajr dewmien żejjed wara li jitfasslu f’konformità mal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rapporti tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej;
(e)
mingħajr dewmien żejjed wara li jinkisbu, ir-rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;
(f)
mingħajr dewmien żejjed wara li jitfassal f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-impatt tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej;
(g)
fejn applikabbli, il-pjan CapEx;
(h)
fejn applikabbli, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta jsir rieżami ta’ wara l-ħruġ ta’ rapport ta’ allokazzjoni ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej, dak ir-rapport tal-allokazzjoni għandu jiġi ppubblikat mingħajr dewmien żejjed wara li jinkiseb ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ.
|
|
Artikolu 15 2.
|
L-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (d) u (f), għandha tingħata, fuq għażla tal-emittent, jew bil-lingwa li normalment tintuża fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, jew:
(a)
meta l-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għan-negozjar fi Stat Membru wieħed biss, b’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru;
(b)
meta l-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għan-negozjar f’żewġ Stati Membri jew aktar, b’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.
|
|
Artikolu 15 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta prospett għall-Bond Ekoloġiku Ewropew ikun se jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129, l-informazzjoni li tkun fid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (d) u (f), ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata bil-lingwa jew bil-lingwi ta’ dak il-prospett.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Fejn applikabbli, l-emittenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 44(1) u (2), dwar il-pubblikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu mingħajr dewmien żejjed wara kull pubblikazzjoni.
|
|
Artikolu 15 5.
|
L-emittenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, fi żmien 30 jum mill-pubblikazzjoni tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|