+Artikolu 16 Applikazzjoni tad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għall-bonds ta’ titolizzazzjoni
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.

Artikolu 16 Applikazzjoni tad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għall-bonds ta’ titolizzazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.

Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni bid-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”:

(a) 

ir-referenzi f’dan ir-Regolament għal “emittent” għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal “oriġinatur”;

(b) 

ir-referenzi fl-Artikolu 4 għal “rikavati” għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-rikavati miksuba mill-oriġinatur mill-bejgħ tal-iskoperturi titolizzati lill-SSPE.

Artikolu 16 2.
B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (a), ir-referenzi għal “emittent” fl-Artikoli 9 u 15, l-Artikolu 44(3), l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 48 u l-Artikolu 49(1) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal “oriġinatur” jew għal “SSPE” u r-referenzi għal “emittent” fl-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 44(1) għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal “SSPE”.
Artikolu 16 3.

Meta l-iskoperturi titolizzati jinħolqu minn diversi oriġinaturi, għandu japplika dan li ġej:

(a) 

ir-rekwiżiti għall-użu tar-rikavati stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 għandhom jiġu ssodisfati minn kull oriġinatur fuq bażi pro rata, b’referenza għas-sehem tiegħu fil-pul ta’ skoperturi titolizzati;

(b) 

ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10, 11, 12, 15, 18 u 19 għandhom jiġu ssodisfati b’mod konġunt mill-oriġinaturi, filwaqt li jindikaw b’mod ċar sa liema punt kull oriġinatur ikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi tiegħu;

(c) 

ir-rekwiżiti biex jinkiseb rieżami estern stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu ssodisfati b’mod konġunt mill-oriġinaturi;

(d) 

meta diversi oriġinaturi jiddeċiedu li jitolbu rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 12(3), għandhom jikkonformaw b’mod konġunt mar-rekwiżiti tiegħu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.