|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem sħiħ tal-applikant, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Unjoni, is-sit web tal-applikant u, jekk ikun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI);
(b)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna ta’ kuntatt;
(c)
il-forma legali tal-applikant;
(d)
l-istruttura tas-sjieda tal-applikant;
(e)
l-identitajiet tal-membri tal-maniġment superjuri u l-bord tal-applikant mal-curriculum vitae li, mill-inqas, juri l-livell ta’ kwalifika, esperjenza u taħriġ tagħhom;
(f)
l-għadd ta’ analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni, u l-livell ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ tagħhom li kisbu qabel u meta kienu jaħdmu għall-applikant fil-provvista ta’ rieżami estern jew servizzi simili;
(g)
deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-metodoloġiji implimentati mill-applikant biex joħroġ rieżamijiet;
(h)
l-arranġamenti ta’ governanza korporattiva u l-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika, jelimina jew jimmaniġġa u jiddivulga b’mod trasparenti, kwalunkwe kunflitt attwali jew potenzjali ta’ interess kif imsemmi fl-Artikolu 35;
(i)
meta jkun applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti minn dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu l-funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni;
(j)
meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet oħrajn imwettqa mill-applikant. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|