+Artikolu 23 Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
|
Artikolu 23 Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-isem sħiħ tal-applikant, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Unjoni, is-sit web tal-applikant u, jekk ikun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI);
(b)
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna ta’ kuntatt;
(c)
il-forma legali tal-applikant;
(d)
l-istruttura tas-sjieda tal-applikant;
(e)
l-identitajiet tal-membri tal-maniġment superjuri u l-bord tal-applikant mal-curriculum vitae li, mill-inqas, juri l-livell ta’ kwalifika, esperjenza u taħriġ tagħhom;
(f)
l-għadd ta’ analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni, u l-livell ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ tagħhom li kisbu qabel u meta kienu jaħdmu għall-applikant fil-provvista ta’ rieżami estern jew servizzi simili;
(g)
deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-metodoloġiji implimentati mill-applikant biex joħroġ rieżamijiet;
(h)
l-arranġamenti ta’ governanza korporattiva u l-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika, jelimina jew jimmaniġġa u jiddivulga b’mod trasparenti, kwalunkwe kunflitt attwali jew potenzjali ta’ interess kif imsemmi fl-Artikolu 35;
(i)
meta jkun applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti minn dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu l-funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni;
(j)
meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet oħrajn imwettqa mill-applikant.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-ESMA għandha tirreġistra applikant bħala rieżaminatur estern biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord tal-applikant:
(i)
ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed;
(ii)
ikunu kapaċi biżżejjed li jiżguraw li l-applikant ikun jista’ jwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;
(iii)
ikollhom biżżejjed kwalifiki professjonali;
(iv)
ikollhom esperjenza rilevanti f’attivitajiet bħal assigurazzjoni tal-kwalità, kontroll tal-kwalità, fit-twettiq ta’ rieżamijiet ta’ qabel u ta’ wara l-ħruġ u rieżamijiet tar-rapport tal-impatt, il-provvista ta’ opinjonijiet ta’ allinjament tat-tieni parti jew ta’ servizzi finanzjarji;
(b)
l-għadd ta’ analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-applikant, u l-livell ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ tagħhom, ikunu biżżejjed biex l-applikant iwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;
(c)
l-arranġamenti interni implimentati tal-applikant biex tiġi żgurata l-konformità tal-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu jkunu xierqa u effettivi.
Meta tivvaluta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA tista’ tqis jekk l-applikant, meta jkun ipprovda servizzi skont l-Artikoli 69 u 70, użax l-aħjar sforzi biex jikkonforma mal-Artikoli 24 sa 38. Għal dak il-għan, l-ESMA tista’ titlob lill-applikant jipprovdilha l-informazzjoni meħtieġa.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk applikazzjoni tkunx kompluta. Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali. Meta l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tirreġistra jew tirrifjuta li tirreġistra l-applikant. L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta l-applikant ikun beħsiebu jesternalizza ċerti attivitajiet ta’ rieżami estern.
|
|
Artikolu 23 5.
|
L-ESMA għandha tinnotifika bil-miktub lill-applikant dwar ir-reġistrazzjoni ta’ dak l-applikant bħala rieżaminatur estern, jew dwar ir-rifjut tagħha li tirreġistra l-applikant. Deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni jew ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ applikant għandha tagħti raġunijiet u għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 23 6.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b). L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 23 7.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Meta tiżviluppa l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha tqis il-mezzi diġitali tar-reġistrazzjoni. L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|