+Artikolu 41 Irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.

Artikolu 41 Irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz billi tneħħi lil dak ir-rieżaminatur estern mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 67 meta jkollha raġunijiet fondati sew, abbażi ta’ evidenza dokumentarja, biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi skont dan ir-Regolament fl-Unjoni, ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz:

(a) 

jaġixxi b’manjiera li tkun ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq; jew

(b) 

ikun kiser serjament il-liġijiet u r-regolamenti, applikabbli għalih fil-pajjiż terz ikkonċernat u li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 40(1).

Artikolu 41 2.

L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 wara li:

(a) 

tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz ikkonċernat u dik l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz ma tkunx ħadet il-miżuri neċessarji biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament ordnat tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għalih f’dak il-pajjiż terz; u

(b) 

tkun infurmat lill-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz ikkonċernat dwar l-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz mill-inqas 30 jum qabel l-irtirar.

Artikolu 41 3.
L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 1 u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 41 4.
Fil-każ tal-irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 40(1) għadhomx jeżistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.