|
+Artikolu 42 3. |
Artikolu 42 3.Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent għandu jkollu rappreżentant legali stabbilit fl-Unjoni. Dak ir-rappreżentant legali għandu:
(a)
ikun responsabbli, flimkien mar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent, biex jiżgura li l-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u f’dak ir-rigward għandu jkun responsabbli quddiem l-ESMA għall-imġiba tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximentfl-Unjoni;
(b)
jaġixxi f’isem ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-ESMA u ma’ kwalunkwe persuna oħra fl-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tar-rieżaminatur estern skont dan ir-Regolament; u
(c)
ikollu biżżejjed għarfien, għarfien espert u riżorsi biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|