+Artikolu 42 Rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz
---+Artikolu 42 1.
---+Artikolu 42 2.
---+Artikolu 42 3.
---+Artikolu 42 4.
---+Artikolu 42 5.
---+Artikolu 42 6.
---+Artikolu 42 7.
---+Artikolu 42 8.
---+Artikolu 42 9.

Artikolu 42 Rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 42 1.
Sakemm tiġi adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 40(1), rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu f’konformità ma’ dan ir-Regolament dment li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jikseb rikonoxximent mingħand l-ESMA f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 42 2.
Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun beħsiebu jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu (ir-“rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent”) għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 38 u fl-Artikoli 54 sa 56.
Artikolu 42 3.

Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent għandu jkollu rappreżentant legali stabbilit fl-Unjoni. Dak ir-rappreżentant legali għandu:

(a) 

ikun responsabbli, flimkien mar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent, biex jiżgura li l-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u f’dak ir-rigward għandu jkun responsabbli quddiem l-ESMA għall-imġiba tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximentfl-Unjoni;

(b) 

jaġixxi f’isem ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-ESMA u ma’ kwalunkwe persuna oħra fl-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tar-rieżaminatur estern skont dan ir-Regolament; u

(c) 

ikollu biżżejjed għarfien, għarfien espert u riżorsi biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu.

Artikolu 42 4.
Applikazzjoni għar-rikonoxximent mill-ESMA kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tissodisfa lill-ESMA li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent ikun implimenta l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandha, meta jkun applikabbli, tindika l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent fil-pajjiż terz.
Artikolu 42 5.
Fi żmien 30 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-riknoxximent, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent dwar dan u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.

Meta l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent dwar dan.

Artikolu 42 6.
Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla ta’ applikazzjoni għar-rikonoxximent kompluta, l-ESMA għandha tivverifika li r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 jiġu ssodisfati.

L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent ikun beħsiebu jesternalizza ċerti attivitajiet ta’ rieżami estern.

Artikolu 42 7.
L-ESMA għandha tinnotifika bil-miktub lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent bid-deċiżjoni tagħha li tirrikonoxxi jew li tirrifjuta li tirrikonoxxi lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent bħala rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz. Deċiżjoni li tirrikonoxxi jew li tirrifjuta li tirrikonoxxi rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent għandha tagħti raġunijiet u għandha ssir effettiva fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 42 8.
L-ESMA għandha tissospendi jew, meta jkun xieraq, tirtira r-rikonoxximent mogħti f’konformità mal-paragrafu 7 jekk ikollha raġunijiet fondati sew, abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tqis li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ikun qed jaġixxi b’mod li jippreġudika l-interessi tal-utenti tas-servizzi tiegħu jew għall-funzjonament ordnat tas-swieq, jew li kiser serjament dan ir-Regolament, jew li l-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew uża kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex jikseb rikonoxximent.
Artikolu 42 9.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni u l-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.