+Artikolu 50 Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.

Artikolu 50 Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.

Meta jkunu qed jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha inkluż, meta jkun xieraq:

(a) 

il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) 

l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;

(e) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g) 

ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(h) 

kwalunkwe miżura meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

Artikolu 50 2.
Fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn skont l-Artikolu 49, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċitar tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u l-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li dawn jimponu jkunu effettivi u xierqa. Dawn għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni u t-trikkib meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jkunu qed jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn f’każijiet transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.