Sal-21 ta’ Diċembru 2028 l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
) (magħrufa kollettivament bħala l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew l-“ASE”), għandha tippubblika rapport dwar il-fattibbiltà tal-estensjoni tal-eliġibbiltà għall-użu tad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għall-fini ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi.