+Artikolu 71 Rieżami
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
---+Artikolu 71 6.
---+Artikolu 71 7.
---+Artikolu 71 8.

Artikolu 71 Rieżami

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 71 1.

Sal-21 ta’ Diċembru 2028 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA u mal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita mir-Regolament (UE) 2020/852, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, sa fejn ikun possibbli, mill-inqas dan li ġej:

(a) 

l-adozzjoni tal-istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi u s-sehem mis-suq tiegħu, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell globali, b’mod partikolari mill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(b) 

l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, fuq in-nuqqas tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u fuq ir-ridirezzjonar tal-flussi tal-kapital privat lejn investimenti sostenibbli;

(c) 

il-funzjonament, u s-superviżjoni mill-ESMA, tas-suq għar-rieżaminaturi esterni;

(d) 

l-adegwatezza, u l-impatt fuq ir-rieżaminaturi esterni u fuq il-baġit tal-ESMA, tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 66(3);

(e) 

il-kredibbiltà, u kwalunkwe każ ta’ abbuż, tal-pretensjonijiet ambjentali fis-suq tal-bonds ekoloġiċi;

(f) 

il-funzjonament tas-suq tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà, inklużi l-kredibbiltà u l-kwalità tal-pretensjonijiet rilevanti;

(g) 

il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-kriterji ta’ pajjiż terz għad-determinazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tat-tassonomija, dment li jkun hemm salvagwardji speċifiċi fis-seħħ sabiex jiġu żgurati objettivi ekwivalenti, għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-użu tar-rikavati ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew f’konformità ma’ tali kriterji ta’ pajjiż terz;

(h) 

l-impatt prattiku tal-Artikolu 5 fuq l-użu tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, il-kwalità ambjentali tal-użu tar-rikavat tagħhom, u r-raġunijiet għaliex il-flessibbiltà prevista f’dak l-Artikolu ma tipprevjenix it-tranżizzjoni lejn il-finanzjament ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli;

(i) 

l-implimentazzjoni tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-użu tal-mudelli msemmija f’dak it-Titolu mill-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, kemm jekk dawn il-bonds jiġu kkummerċjalizzati fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll jekk le, analiżi tal-adozzjoni ta’ dawk il-mudelli, l-evoluzzjoni tas-suq u l-konsistenza ta’ dawk il-mudelli mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/2088.

Artikolu 71 2.
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom, meta jkun xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposta leġiżlattiva, inkluż fir-rigward tad-divulgazzjonijiet għall-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà.
Artikolu 71 3.
Sal-21 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-ħtieġa li l-bonds marbuta mas-sostenibbiltà jiġu rregolati, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk ikun il-każ.
Artikolu 71 4.
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2024 u kull tliet snin wara dan, tippubblika rapport biex tinforma lill-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej dwar ir-rieżami mwettaq skont l-Artikolu 19(5), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2020/852, inkluża l-konsistenza tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu r-regoli ta’ anterjorità stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 71 5.
Sal-21 ta’ Diċembru 2028 l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) (magħrufa kollettivament bħala l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew l-“ASE”), għandha tippubblika rapport dwar il-fattibbiltà tal-estensjoni tal-eliġibbiltà għall-użu tad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għall-fini ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi.
Artikolu 71 6.
Sal-21 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni tista’, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 5, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport tal-Kummissjoni jista’ jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
Artikolu 71 7.
Sal-21 ta’ Diċembru 2028 u, meta jkun xieraq, kull tliet snin wara dan, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, jippubblikaw rapport dwar l-evoluzzjoni tas-suq għall-bonds ta’ titolizzazzjoni. Dawk ir-rapporti għandhom jivvalutaw, fost l-oħrajn, jekk il-volum tal-assi allinjati mat-tassonomija żdiedx biżżejjed għall-fini tar-rieżami tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-użu tar-rikavati għall-bonds ta’ titolizzazzjoni li l-emittenti tagħhom jfittxu li jużaw id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”.
Artikolu 71 8.
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 7, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.