+Artikolu 11 1

Artikolu 11 1

1.   Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni u awtorizzat f’konformità mal-Artikolu 8 jista’ japprova klassifikazzjonijiet ESG ipprovduti minn fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni u li jappartjeni għall-istess grupp dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkun applika mal-ESMA għall-awtorizzazzjoni ta’ tali approvazzjoni;

(b)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkun jissodisfa l-indikaturi tas-sustanza minima li ġejjin:

(i)

ikollu l-bini tiegħu stess jew bini għall-użu esklużiv tiegħu fi Stat Membru;

(ii)

ikollu mill-inqas kont bankarju attiv wieħed tiegħu stess fl-Unjoni; u

(iii)

ikollu preżenza analitika u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet xierqa fl-Unjoni meta jitqiesu n-natura, l-iskala jew il-kumplessità tal-attivitajiet tiegħu fl-Unjoni;

(c)

l-approvazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG ma tfixkilx il-kwalità tal-valutazzjoni tal-element kklassifikat, jew l-emittent tal-element kklassifikat, jew l-arranġament ta’ rieżamijiet jew żjarat fuq il-post, meta dawn ikunu previsti fil-metodoloġija tal-klassifikazzjoni ESG użata mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni;

(d)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkun ivverifika u jkun jista’ juri fuq bażi kontinwa lill-ESMA li l-ħruġ u d-distribuzzjoni ta’ klassifikazzjonijiet ESG approvati jissodisfaw rekwiżiti li huma mill-inqas stretti daqs ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament; il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni għandu jkun permess li juri konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti mingħajr ma jkun mitlub jirreferi għall-proċess speċifiku segwit għal kull klassifikazzjoni individwali;

(e)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jkollu l-għarfien espert meħtieġ biex effettivament jimmonitorja l-klassifikazzjonijiet ESG provvduti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni, sabiex jimmaniġġa kwalunkwe riskju assoċjat;

(f)

ikun hemm raġuni oġġettiva għaliex il-klassifikazzjonijiet ESG hemm bżonn jiġu approvati għall-użu tagħhom fl-Unjoni, u dan jista’ jinkludi fatturi bħall-ispeċifiċitajiet tal-klassifikazzjonijiet ESG, il-ħtieġa tal-prossimità tal-produzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG għall-emittent jew għal realtà ekonomika speċifika, industrija partikolari, ċentri ta’ eċċellenza għas-subkomponenti tad-drittijiet ambjentali, soċjali u tal-bniedem, jew il-fatturi ta’ governanza, id-disponibbiltà ta’ ħiliet speċifiċi meħtieġa għall-produzzjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG, id-disponibbiltà materjali tad-data tal-input u l-iżvilupp ta’ klassifikazzjonijiet ESG permezz tal-kollaborazzjoni ta’ timijiet globali;

(g)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit fl-Unjoni jipprovdi lill-ESMA fuq talba tagħha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-ESMA tkun tista’ tissorvelja l-konformità mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni, meta dan ikun rilevanti għall-klassifikazzjoni approvata, ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa;

(h)

meta fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun soġġett għal superviżjoni, ikun hemm fis-seħħ arranġament ta’ kooperazzjoni xieraq bejn l-ESMA u l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, biex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.