8. Meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG rikonoxxut skont dan l-Artikolu mill-ESMA ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien żejjed.
Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jinnotifika lill-ESMA fi żmien tliet xhur mid-data meta ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jekk ikun jixtieq ikompli joffri s-servizzi tiegħu fl-Unjoni u għandu japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar minn dik id-ata. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jieqaf jopera fl-Unjoni.