+Artikolu 12 Rikonoxximent ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7
---+Artikolu 12 8
---+Artikolu 12 9
|
Artikolu 12 Rikonoxximent ta’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Sa żmien li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar l-ekwivalenza kif imsemmi fl-Artikolu 10 jew, meta din tkun adottata, fil-każ li d-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza titħassar, fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni b’fatturat nett annwali tal-attivitajiet kollha tiegħu li huwa taħt l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi jistgħu joperaw fl-Unjoni dment li l-ESMA tkun irrikonoxxiet dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jappartjeni għal grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE, li l-fatturat annwali nett konsolidat tiegħu tal-attivitajiet kollha tal-grupp huwa taħt l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 3(5), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin konsekuttivi jista’ jopera fl-Unjoni dment li l-ESMA rrikonoxxiet dak il-fornitur tal-klassifikazzjoni tal-ESG skont dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, l-ESMA tista’ tqis jew valutazzjoni minn awditur estern indipendenti jew ċertifikazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbiliti barra mill-Unjoni li jixtiequ jiġu rikonoxxuti kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u jissottomettu applikazzjoni għar-rikonoxximent mal-ESMA.
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni li jixtieq jiġi rikonoxxut kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu rappreżentant legali. Dak ir-rappreżentant legali għandu jkun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni u maħtura espressament mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex taġixxi f’ismu. Ir-rappreżentant legali għandu juri lill-ESMA li dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa u għandu jkun responsabbli lejn l-ESMA f’dan ir-rigward. Ir-rappreżentant legali għandu, fuq talba, jipprovdi lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 12 4
|
4. Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni għandu, meta jissottometti applikazzjoni għar-rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 2, jipprovdi lill-ESMA dan li ġej:
|
(a)
|
l-informazzjoni kollha elenkati fl-Anness I;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu huma ssodisfati;
|
|
(c)
|
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tissodisfa lill-ESMA li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun stabbilixxa l-arranġamenti meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;
|
|
(d)
|
il-lista tal-klassifikazzjonijiet ESG attwali jew prospettivi tiegħu li huma maħsuba għad-distribuzzjoni fl-Unjoni;
|
|
(e)
|
meta jkun applikabbli, l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz responsabbli għas-superviżjoni tiegħu.
|
Fi żmien 90 jum tax-xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni għar-rikonoxximent imsemmija fil-paragrafu 2, l-ESMA għandha tiddeċiedi dwar jekk tagħtix ir-rikonoxximent. L-ESMA għandha tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 12 5
|
5. L-ESMA għandha tirrikonoxxi l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun ikkonforma mal-paragrafi 2, 3 u 4;
|
|
(b)
|
meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni jkun soġġett għal superviżjoni, l-ESMA għandha tfittex li tistabbilixxi arranġament ta’ kooperazzjoni xieraq mal-awtorità kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz fejn huwa stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, sabiex tiżgura skambju effiċjenti ta’ informazzjoni.
|
|
|
Artikolu 12 6
|
6. L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni Ma għandu jingħata l-ebda rikonoxximent meta l-ESMA ma tkunx tħalliet teżerċita b’mod effettiv il-funzjonijiet superviżorji tagħha skont dan ir-Regolament mil-liġijiet, mir-regolamenti jew mid-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, jew inkella, meta dan ikun applikabbli, mil-limitazzjonijiet fis-setgħat ta’ superviżjoni u investigazzjoni tal-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz.
|
|
Artikolu 12 7
|
7. L-ESMA għandha timponi multi f’konformità mal-Artikolu 36, jew tissospendi jew, meta jkun xieraq, tirtira r-rikonoxximent imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skont l-Artikolu 9, meta jkollha raġunijiet fondati sewwa, abbażi ta’ evidenza dokumentata, biex tikkunsidra li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG:
|
(a)
|
qed jaġixxi, jew kien qed jaġixxi, b’mod li huwa evidentement ta’ preġudizzju għall-interessi ta’ utenti tal-klassifikazzjonijiet ESG jew għall-funzjonament tajjeb tas-swieq;
|
|
(b)
|
ikun kiser serjament dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew uża kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex jikseb ir-rikonoxximent.
|
|
|
Artikolu 12 8
|
8. Meta l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG rikonoxxut skont dan l-Artikolu mill-ESMA ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, huwa għandu jinnotifika lill-ESMA b’dan mingħajr dewmien żejjed.
Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jinnotifika lill-ESMA fi żmien tliet xhur mid-data meta ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jekk ikun jixtieq ikompli joffri s-servizzi tiegħu fl-Unjoni u għandu japplika għal awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar minn dik id-ata. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jieqaf jopera fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 12 9
|
9. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent imsemmija fil-paragrafu 2 u, b’mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni mitluba fil-paragrafu 4.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Ottubru 2025.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|