+Artikolu 22 Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ governanza
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2

Artikolu 22 Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   Fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jista’ jippreżenta talba lill-ESMA biex ikun eżentat milli jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(6), (8) u (10).

Artikolu 22 2

2.   Meta tivvaluta talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin humiex issodisfati:

(a)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG żgħir, skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament,

(b)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun implimenta miżuri u proċeduri u, b’mod partikolari, mekkaniżmi ta’ kontroll intern, arranġamenti ta’ rapportar interni u miżuri interni, li jiżguraw l-indipendenza tal-analisti tal-klassifikazzjoni u tal-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet ESG u li jiżguraw il-konformità effettiva ma’ dan ir-Regolament;

(c)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun wera li d-daqs tiegħuma ġiex iddeterminat b’tali mod lijiġu ċirkonventati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(d)

il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikun wera b’ċarezza suffiċjenti li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(6), (8) u (10) ma humiex proporzjonati għan-natura, l-iskala jew il-kumplessità tan-negozju ta’ dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew għan-natura jew tal-firxa tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet ESG.

Abbażi ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet, l-ESMA tista’ teżenta lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 15(6), (8) u (10) jew, f’każijiet debitament ġustifikati u abbażi tal-elementi pprovduti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG skont l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), ta’ dan il-paragrafu, minn xi wħud minn dawk ir-rekwiżiti biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.