1. Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiddivulgaw fuq is-sit web tagħhom, bħala minimu, il-metodoloġiji, il-mudelli u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni li jużaw fl-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG tagħhom, inkluża l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Anness I u fil-punt 1 tal-Anness III. Tali divulgazzjoni għandha ssir b’mod ċar u trasparenti u identifikata fit-taqsima separata tas-sit web tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG.
Il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punt 1 tal-Anness III sa mhux aktar tard minn meta jibda joħroġ il-klassifikazzjonijiet ESG.