5. L-ESMA tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-istandards, il-formati u l-mudelli tad-data li l-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jeħtieġ li jużaw biex jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.