+Artikolu 26 1

Artikolu 26 1

1.   Il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tagħhom u li jkunu involuti direttament fil-forniment ta’ klassifikazzjoni ESG:

(a)

ikollhom il-ħiliet li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti u d-dmirijiet tagħhom u jkunu soġġetti għal ġestjoni u superviżjoni effettivi;

(b)

ma jkunux soġġetti għal influwenza mhux dovuta jew għal kunflitti ta’ interess;

(c)

ma jkunux ikkumpensati u l-prestazzjoni tagħhom ma tkunx evalwata b’tali manjiera li toħloq kunflitti ta’ interess jew b’xi mod ieħor taffettwa l-integrità tal-proċess ta’ determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ESG;

(d)

ma jkollhom l-ebda interess jew konnessjoni kummerċjali li jikkompromettu l-attivitajiet tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;

(e)

ikunu pprojbiti milli jikkontribwixxu għad-determinazzjoni ta’ klassifikazzjoni ESG permezz ta’ offerti ta’ akkwist jew ta’ bejgħ u tranżazzjonijiet fuq bażi personali jew f’isem il-parteċipanti fis-suq, ħlief meta tali kontribuzzjoni tkun meħtieġa espressament bħala parti mill-metodoloġija tal-klassifikazzjoni ESG u tkun soġġetta għal regoli speċifiċi stabbiliti hemmhekk; u

(f)

ikunu soġġetti għal proċeduri effettivi li jikkontrollaw l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ impjegati oħrajn involuti f’attivitajiet li jistgħu joħolqu riskju ta’ kunflitti ta’ interess jew ma’ partijiet terzi, meta dik l-informazzjoni tista’ taffettwa l-klassifikazzjoni ESG.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.