1. L-ESMA tista’, b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, lill-persuni involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, lill-elementi ikklassifikati u lill-emittenti ta’ elementi kklassifikati, lill-partijiet terzi li lilhom il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali, u lil persuni li b’xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b’mod sostanzjali ma’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, biex jipprovdu l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament.