+Artikolu 32 Talbiet għal informazzjoni
---+Artikolu 32 1
---+Artikolu 32 2
---+Artikolu 32 3
---+Artikolu 32 4
---+Artikolu 32 5

Artikolu 32 Talbiet għal informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1

1.   L-ESMA tista’, b’talba sempliċi jew b’deċiżjoni, titlob lill-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG, lill-persuni involuti f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, lill-elementi ikklassifikati u lill-emittenti ta’ elementi kklassifikati, lill-partijiet terzi li lilhom il-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operazzjonali, u lil persuni li b’xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b’mod sostanzjali ma’ fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew ma’ attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, biex jipprovdu l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament.

Artikolu 32 2

2.   Meta tibgħat talba sempliċi għall-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha:

(a)

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika għat-talba;

(b)

tiddikjara l-iskop tat-talba;

(c)

tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;

(d)

tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u l-format li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba;

(e)

tinforma lill-persuna li mingħandha tkun intalbet l-informazzjoni li ma hemm l-ebda obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni, iżda li kwalunkwe tweġiba għat-talba għall-informazzjoni ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa;

(f)

tindika l-multi previsti fl-Artikolu 36, meta l-informazzjoni fornuta tkun skorretta jew qarrieqa.

Artikolu 32 3

3.   Meta titlob li l-forniment ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha:

(a)

tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika għat-talba;

(b)

tiddikjara l-iskop tat-talba;

(c)

tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;

(d)

tistabbilixxi limitu ta’ żmien raġonevoli li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u l-format li fih għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba;

(e)

tindika l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet sottomessa fiż-żmien stipulat jew ma tkunx kompluta;

(f)

tindika l-multi prevista fl-Artikolu 36 meta l-informazzjoni mogħtija tkun skorretta jew qarrieqa;

(g)

tindika d-dritt għal appell tad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għar-rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 32 4

4.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom, u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati li jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati biex jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawk il-klijenti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni pprovduta mill-avukati tagħhom ma tkunx kompluta, jew tkun skorretta jew qarrieqa.

Artikolu 32 5

5.   L-ESMA għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għall-informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.