4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom, u, fil-każ ta’ persuni ġuridiċi jew ta’ assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati li jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati biex jaġixxu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni f’isem il-klijenti tagħhom. Dawk il-klijenti għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni pprovduta mill-avukati tagħhom ma tkunx kompluta, jew tkun skorretta jew qarrieqa.