4. Fi żmien xieraq qabel l-investigazzjoni, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’liema territorju għandha titwettaq dik l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u bl-identità tal-persuni awtorizzati mill-ESMA għall-fini tal-investigazzjoni. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjoni fuq talba.