+Artikolu 33 Investigazzjonijeit ġenerali
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
---+Artikolu 33 6
|
Artikolu 33 Investigazzjonijeit ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1
|
1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
|
(a)
|
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna;
|
|
(b)
|
jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;
|
|
(c)
|
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 32(1) jew lir-rappreżentanti jew lill-persunal tagħha għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-iskop tal-investigazzjoni u jżommu rekord tat-tweġibiet;
|
|
(d)
|
jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
|
|
(e)
|
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data.
|
|
|
Artikolu 33 2
|
2. L-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom mal-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37(1) meta l-produzzjoni tar-rekords, tad-data, tal-proċeduri jew ta’ xi materjal ieħor meħtieġ, jew l-informazzjoni fornutamill-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 36, meta l-informazzjoni fornuta m mill-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) hija skorretta jew qarrieqa.
|
|
Artikolu 33 3
|
3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 33 4
|
4. Fi żmien xieraq qabel l-investigazzjoni, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’liema territorju għandha titwettaq dik l-investigazzjoni, bl-investigazzjoni u bl-identità tal-persuni awtorizzati mill-ESMA għall-fini tal-investigazzjoni. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta’ dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjoni fuq talba.
|
|
Artikolu 33 5
|
5. Jekk talba għar-rekords tat-traffiku tat-telefon jew tad-data msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (e), tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
|
|
Artikolu 33 6
|
6. Meta ssir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari dawk relatati mar-raġunijiet li l-ESMA jkollha biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tingħata l-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|