4. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, d-data li fiha għandha tibda, l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-ESMA għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.