+Artikolu 34 Spezzjonijiet fuq il-post
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
---+Artikolu 34 4
---+Artikolu 34 5
---+Artikolu 34 6
---+Artikolu 34 7
---+Artikolu 34 8
---+Artikolu 34 9
|
Artikolu 34 Spezzjonijiet fuq il-post
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fi kwalunkwe bini kummerċjali tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1). Meta t-twettiq tajjeb u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista’ twettaq spezzjoni fuq il-post mingħajr avviż minn qabel.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati minnha sabiex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini kummerċjali u art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat previsti fl-Artikolu 33(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u l-kotba jew ir-rekords għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa fejn ikun meħtieġ għaliha.
|
|
Artikolu 34 3
|
3. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati minnha biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom wara l-produzzjoni ta’ awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni. Dik l-awtorizazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien xieraq qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tavża dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 34 4
|
4. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, d-data li fiha għandha tibda, l-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-ESMA għandha tieħu tali deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.
|
|
Artikolu 34 5
|
5. L-uffiċjali u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih għandha ssir l-ispezzjoni, għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali u lill-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-ESMA. Għal dak il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu wkoll jattendu l-ispezzjonijiet fuq il-post fuq talba.
|
|
Artikolu 34 6
|
6. L-ESMA tista’ wkoll titlob lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post f’isimha, kif previst f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 33(1). Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat bħall-ESMA kif stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 33(1).
|
|
Artikolu 34 7
|
7. Meta l-uffiċjali u l-persuni l-oħrajn awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna tkun qed topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, fejn xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.
|
|
Artikolu 34 8
|
8. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 7 tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni. Tista’ wkoll issir applikazzjoni għal tali awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.
|
|
Artikolu 34 9
|
9. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 8, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tivverifika l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari dawk relatati mar-raġunijiet li l-ESMA jkollha biex tissuspetta li jkun sar ksur ta’ dan ir-Regolament, s-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-ispezzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami biss mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont il-proċedura stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|