10. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati meta, fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. L-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta liberazzjoni minn qabel jew kundanna li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali.