+Artikolu 39 Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
---+Artikolu 39 6
---+Artikolu 39 7
---+Artikolu 39 8
---+Artikolu 39 9
---+Artikolu 39 10
|
Artikolu 39 Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 39 1
|
1. Meta l-ESMA ssib li hemm indikazzjonijiet serji ta’ ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament, l-ESMA għandha taħtar uffiċjal tal-investigazzjoni indipendenti fi ħdan l-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni. Dak l-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jiġi involut direttament jew indirettament jew ikun ġie involut direttament jew indirettament fis-superviżjoni tal-klassifikazzjonijiet ESG li magħhom ikun relatat il-ksur u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
|
|
Artikolu 39 2
|
2. L-uffiċjal tal-investigazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvestiga l-allegat ksur, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment sottomess mill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni, u jissottometti fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
|
|
Artikolu 39 3
|
3. L-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jitlob informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 33 u 34.
|
|
Artikolu 39 4
|
4. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha li jkunu nġabru mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
|
|
Artikolu 39 5
|
5. Id-drittijiet ta’ difiża tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet għandhom jiġu rrispettati bis-sħiħ matul l-investigazzjonijiet skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 39 6
|
6. Mas-sottomissjoni tal-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal tal-investigazzjoni għandu jinnotifika lill-persuni li jkunu soġġetti għall-investigazzjoni.
|
|
Artikolu 39 7
|
7. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal tal-investigazzjoni u, fejn mitlub mill-persuni kkonċernati wara li jkun sema’ lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 40, il-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA għandu jivvaluta jekk persuna waħda jew aktar soġġetti għall-investigazzjoni jkunux ikkommettew il-ksur ikkonċernat u għandu, f’dak li għandu x’jaqsam mal-konklużjoni li jkun twettaq tali ksur, jieħu miżura superviżorja kif imsemmija fl-Artikolu 35 u jimponi multa f’konformità mal-Artikolu 36.
|
|
Artikolu 39 8
|
8. L-uffiċjal tal-investigazzjoni ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA jew jintervjeni bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
|
|
Artikolu 39 9
|
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 47 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta aktar regoli ta’ proċedura biex tiġi eżerċitata s-setgħa tal-ESMA li timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ difiża, dispożizzjonijiet temporali u l-ġbir ta’ multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali, u billi tadotta regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar tal-multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali.
|
|
Artikolu 39 10
|
10. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati meta, fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, hija ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. L-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta’ penali meta liberazzjoni minn qabel jew kundanna li tirriżulta minn fatt identiku jew fatti li jkunu sostanzjalment l-istess tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|